Kalendarju Malti
Il-Milied
Il-Milied f'Malta huwa żmien ta' ferħ, b'diversi kostumi, tiżjin differenti mad-djar kif ukoll fit-toroq Maltin kif ukoll ħafna rexti u purċissjonijiet fit-toroq Maltin. L-ewwel darba li saret il-prietka tal-Milied f'Malta tmur lura għall-1883, fejn f'Ħal Luqa wieħed mit-tfal għamel il-prietka tal-Milied. Kif ukoll l-ewwel darba li saret il-purċissjoni tal-Ġesu Bambin tmur lura għall-1921. F'Malta fiż-żminijiet tal-festi tal-Milied insibu diversi ikel tradizzjonali fosthom l-imbuljuta kif ukoll il-qagħaq tal-għasel. Fost aktar affarijiet tradizzjonali mal-Milied huma l-ġurbiena u l-punzjetta.